Fejn insib lil Lorna Vassallo fuq Facebook?

Lorna Vassallo għandha żewġ Profili ta’ Facebook (Lorna Vassallo u Lorna Vassallo II) u PAĠNA waħda ta’ Facebook (Lorna Vassallo Page – https://www.facebook.com/lejnmaltaaaa/).  

Profil ta’ Facebook huwa magħmul minn ħbieb (‘friends’).  Paġna jkollha ‘likes’. Dan huwa l-mod kif tista’ tara x’fihom u tirċievi aġġornamenti meta tintefa’ xi ħaġa fihom.

Profil ikollu limitu ta’ 5,000 ħabib/a u ż-żewġ profili ta’ Lorna Vassallo diġà għandhom 5,000 ħabib/a.  Xi kultant ikunu ftit inqas għaliex xi ħadd ikun għamel ‘unfriend’ imma żgur li qatt ma jkunu ħafna inqas minn 5,000.  Għalhekk, is-soltu, Lorna ma tistax taċċettak bħala ħabib/a fuq il-profili tagħha.

Inti xorta tista’ tara l-posts ta’ Lorna Vassallo billi tikklikkja fuq ‘Like’ fuq il-Paġna Lorna Vassallo (https://www.facebook.com/lejnmaltaaaa/).  Paġna m’għandha l-ebda limitu ta’ ‘likes’. Fil-fatt Lorna Vassallo diġà għandha madwar 10,400 ‘like’.

Allura, jekk Lorna Vassallo ma tantx tuża l-profili għaliex iżżommhom?

Profil wieħed bilfors irid ikun hemm.  Bniedem ma jistax ikollu paġna mingħajr ma jkollu mill-anqas profil wieħed fuq Facebook.  It-tieni profil kien ser jingħalaq. Però, Lorna taf li sfortunatament ħafna mill-ħbieb tagħha fuq il-profili għadhom ma’ għamlux ‘like’ fuq il-Paġna ta’ Facebook tagħha.  Għalhekk taf li jekk ser tagħlaq it-tieni profil ta’ Facebook se taqta’ barra aktar minn elfejn ħabib/a. Sakemm dawn in-nies jagmlu ‘like’ fuq il-Paġna tagħha, probabbilment mhix ser tagħlaq il-Profil.

Min-naħa l-oħra, xi nies jaqtgħu lilhom infushom minn fuq il-profil waħedhom (jagħmlu ‘unfriend’) speċjalment meta jindunaw li Lorna Vassallo Page hija l-istess u jibdew jirċievu l-istess post darbtejn.  B’hekk jinħoloq spazju għal ħbieb ġodda. Madanakollu, it-tieni profil ta’ Lorna Vassallo, uffiċjalment ma jintużax.

X’jiġri jekk tkun ħabib/a ma’ Lorna fuq iktar minn profil wieħed jew forsi fuq profil u l-Paġna tagħha f’daqqa?

Probabbilment tibda tirċievi  l-istess post iktar minn darba!  Barraminhekk, Lorna Vassallo u t-tim tagħha jiċċekkjaw li m’hemm l-ebda ħbieb komuni bejn Lorna Vassallo (l-ewwel profil) u Lorna Vassallo II. Għalhekk jekk tkun ħabib/a tagħha fuq iktar minn profil wieħed tinqata’ barra sabiex tagħmel spazju għal ħaddieħor.  Tiħux għalik. Jekk tinqata’ minn fuq profil ifisser li diġà qiegħed fuq profil ieħor. Wara kollox m’inti titlef assolutament xejn għaliex l-ebda profil ma fih l-informazzjoni kollha li fiha l-Paġna. Titlef żgur jekk ma għamiltx ‘like’ fuq il-Paġna, billi l-Profili m’għandhomx ħafna mill-posts tal-Paġna.   Però jekk inti ħabib/a ma’ Lorna Vassallo fuq wieħed mill-profili tagħha u għamilt ‘like’ il-Paġna fl-istess ħin, tkun aċċettat fuq it-tnejn. Ovvjament, suppost inti tagħmel biss ‘like’ fuq Lorna Vassallo Page ( https://www.facebook.com/lejnmaltaaaa/), dak kollox. Billi tkun ħabib/a fuq iktar minn profil wieħed ma tkun qed tirbaħ xejn imma tkun qed timblokka oħrajn milli jsiru jafu lil Lorna Vassallo.

Jien ħabib/a ma’ Lorna fuq wieħed mill-profili tagħha. Għandi għal xiex nagħmel ‘like’ fuq il-Paġna tagħha?

Iva.  Billi Lorna Vassallo ma titfax il-posts kollha li titfa’ fuq il-Paġna tagħha fuq il-profili inti m’intix tara l-posts kollha jekk inti ħabib/a fuq il-profil biss.  Agħar minn hekk, jekk tibgħatilha xi messaġġi fuq il-profil jista’ jkun li lanqas biss tarahom. Pereżempju, Facebook stess ġieli ma jħallix lil Lorna Vassallo tidħol f’Lorna Vassallo II.

Liema huma l-profili u liema hi l-Paġna?

Fl-ewwel profil Lorna liebsa l-kannella u r-ritratt tal-qoxra (‘cover photo’) juri t-Tieqa tad-Dwejra t’Għawdex.  Fit-tieni profil hija liebsa libsa biċ-ċniegi suwed u l-isfond huwa l-baħar. Ir-ritratt tal-qoxra juri lilha flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat.  

Iżda fil-Paġna ta’ Facebook ta’ Lorna Vassallo (l-iktar waħda importanti) ir-ritratt iż-żgħir ta’ Lorna Vassallo għandu sfond aħmar u hi liebsa l-aħmar ukoll.  Ir-ritratt il-kbir juri lil Lorna mal-Prim Ministru Muscat ukoll. Jekk qed tara Facebook fuq il-kompjuter, il-buttuna tal-‘like’ qiegħda l-ewwel waħda taħt ir-ritratt il-kbir (fejn Lorna tidher ma’ Joseph Muscat).  Fuq iċ-ċellulari, eżatt taħt ir-ritratt tal-qoxra, hemm ir-ritratt iż-żgħir ta’ Lorna Vassallo bl-isfond aħmar, Lorna Vassallo, Politician miktuba fin-nofs u fuq il-lemin hemm is-simbolu tal-‘like’.  Dan huwa s-simbolu tal-‘like’ li trid tikklikkja sabiex tibda tirċievi l-posts ta’ Lorna Vassallo.  Tista’ wkoll tibgħat messaġġ lil Lorna Vassallo billi tagħfas fuq il-faxxa ‘Send message’ li tinsab taħt.

   

Ritratt l-1el Profil Ritratt it-2ni Profil Ritratt Paġna Lorna Vassallo

Il-Paġna fiha l-istess kontenut tal-profili?

Lorna Vassallo m’għadhiex tuża Lorna Vassallo II.  Xi kultant jittellgħu xi posts relatati mal-attivitajiet li qed torganizza fuqu imma Lorna Vassallo ma tiċċekkjax il-messaġġi li jidħlu f’dan il-profil regolarment.  

Imma jkollha tuża bilfors Lorna Vassallo (l-ewwel profil). Dan għaliex għal raġuni ta’ sigurtà, eż. ċiberkriminalità, wieħed ma jistax ikollu Paġna ta’ Facebook mingħajr ma jkollu profil.  

Il-posts kollha li jittellgħu, jittellgħu fuq il-Paġna ta’ Lorna Vassallo biss ( Lorna Vassallo Page – https://www.facebook.com/lejnmaltaaaa/).  Però, xi kultant Lorna Vassallo u t-tim tagħha, ma jkunux jistgħu itellgħu post partikulari direttament fuq il-Paġna.  Għalhekk, l-ewwel ikollhom itellgu l-post fuq il-profil l-ewwel, imbagħad jaqsmuh mal-Paġna.

Dan ifisser li l-Paġna ta’ Facebook ta’ Lorna għandha ħafna iktar posts mill-ewwel Profil.  Min-naħa l-oħra, il-posts fuq it-tieni profil huma rari u ħafna minnhom huma posts li telgħu fuq l-ewwel Profil jew l-Paġna ta’ Lorna Vassallo li wara jkunu maqsuma mat-tieni Profil.

Għalhekk, jekk inti ħabib/a ma’ Lorna Vassallo fuq wieħed mill-profili m’intix tara l-posts kollha tagħha, imma ftit minnhom biss.

Jekk qatt ma kont ħabib/a fejn l-aħjar nipprova nara lil Lorna Vassallo fuq Facebook? Jew biex ma noqgħodx nirċievi l-posts darbtejn liema l-aħjar li nħalli u minn liema noħroġ?

Dejjem l-aħjar Lorna Vassallo PAGE biss.

Kif nista’ nsib il-Paġna ta’ Lorna Vassallo?

Billi tittajpja https://www.facebook.com/lejnmaltaaaa/ fil-Google Search.

Jekk inti diġà qiegħed dħalt ġo Facebook, mur fuq il-linja ta’ Search (fejn hemm l-ikona tal-lenti) fuq in-naħa ta’ fuq tal-iskrijn u ttajpja Lorna Vassallo PAGE.  Jekk ma tiktibx Page, lill-paġna ma ssibhiex.  Kun ċert/a li tikteb PAGE mhux Pace. Dan billi teżisti persuna f’Malta li jisimha hekk.  Għalhekk kun ċert/a li ma tħallix barra l-kelma PAGE u li Facebook stess ma jibdillikx il-kelma PAGE ma’ Pace.

Lorna taf ’il-ħbieb kollha tal-Facebook tagħha?

Billi probabbilment huwa umanament impossibbli li bniedem jiftakar xi 15,000 ruħ differenti (s’issa), ir-risposta hija le.  Għalhekk, jekk jogħġobkom sempliċement billi bniedem ikun ħabib ma’ Lorna Vassallo fuq Facebook, tistaqsux dwar il-persuna. Fi kwalunkwe każ, Lorna mhi qatt ser tiżvela dettalji dwar persuni li qiegħda magħhom fuq Facebook kemm minħabba responsabbiltà professjonali kif ukoll politika.    Però, Lorna, iva, tiftakar nies li jgħidulha ‘bonġu’ jew ‘hello’ kultant żmien u tapprezza l-kummenti kollha tagħhom. Hija tgħożż ferm lil dawk kollha li jagħmlu dak il-pass iktar sabiex jibagħtulha messaġġi, jagħmlu ‘like’ ’il-posts tagħha u speċjalment lil dawk li jqassmu (jagħmlu ‘share’) lill-posts tagħha fuq Facebook.  Dawn il-persuni jagħmlulha ħafna kuraġġ u ma tistax ma tinnutahomx jew tinsiehom. Għamlet ħbieb ta’ vera permezz ta’ Facebook, speċjalment dawk li wara saru jafuha fil-ħajja għax attendew l-attivitajiet tagħha. Bħala persuna fil-politika, Lorna tħobb tiltaqa’ man-nies daqskemm tħobb issolvi l-problemi tan-nies u għas-sempliċi raġuni li hija wkoll umana, tieħu pjaċir bl-apprezzament iktar milli bl-indifferenza.

Lorna Vassallo tara l-messaġġi tiegħi hi stess?

Iva.  U tirrispondik hi stess.

Fejn l-aħjar li nibgħat messaġġi lil Lorna? Fuq il-profili jew fuq il-Paġna?

Definittivament, fuq il-Paġna.  Lorna Vassallo tara Lorna Vassallo Page il-ħin kollu.  Però fejn jidħlu profili mhux dejjem tkun qed tarahom. Biex tara profil wieħed trid toħroġ mill-ieħor.  Dan ifisser li xi kultant ma tkunx qed tara il-messaġġi li tibgħatilha fuq profil partikulari għal siegħa jew tnejn.  Fil-każ tat-tieni profil iktar u iktar billi jkun Facebook stess li ma jħallix lil Lorna tidħol fil-Profil tagħha. Għalhekk, jekk jogħġobkom kunu afu, li jekk tibagħtu messaġġ fuq il-profili jista’ jieħu iktar fit-tul.  Għaldaqstant, jekk trid li l-messaġġi tiegħek jaslu lil Lorna fl-iqsar żmien, iktibhom fuq il-Paġna – Lorna Vassallo PAGE biss u b’hekk Lorna tkun tista’ tindirizza d-diffikultà tiegħek malajr.

Bgħatt messaġġ lil Lorna jumejn ilu, u ma weġbitnix. X’seta’ ġara?

Lorna Vassallo tirrispondi għall-messaġġi kollha li tirċievi.  Però, jekk jogħġbok ifhem li tirċievi mijiet ta’ messaġġi kuljum.  Uħud kemm jgħidu ‘Bonġu’ jew ‘ħellow’. Oħrajn ikollhom miktuba stejjer veri ta’ persuni fil-bżonn li jwasslu għal għadd ta’ telefonati, imejls u ittri lil Ministeri eċċ.  Però, anke jekk messaġġ ikun biss ‘thumbs up’, dan jimbotta l-messaġġi l-oħra ta’ qablu ’l isfel. Għalhekk erġa’ ibgħat il-messaġġ tiegħek mill-ġdid jew inkella ikteb imejl lil vassallolorna@gmail.com billi Lorna tkun fuq il-kompjuter tagħha għal ħin twil matul il-ġurnata, jew inkella b’xi mezzi oħra indikati fuq dan is-sit elettroniku.

Lorna hija preżenti fuq mezzi oħra tal-medja soċjali?

Lorna tirċievi għexieren u xi kultant mijiet ta’ messaġġi kuljum fuq Facebook. Temmen li għandha taqra l-messaġġi kollha hi u tirrispondihom kollha hi personalment.  Temmen ukoll li aktar ma n-nies jistgħu jikkuntattjawha f’postijiet differenti, aktar huwa diffiċli li taqra l-messaġġi kollha u tweġibhom. Lorna diġà tirċievi messaġġi (xi kultant talbiet ġenwini għall-għajnuna) permezz ta’ laqgħat personali, telefonati, messaġġi fuq il-mowbajl, mill-inqas żewġ imejls, żewġ profili tal-Facebook, Paġna waħda ta’ Facebook, dan is-sit elettroniku u mezzi oħra.  Dan ifisser li jekk ma tiftakarx fejn ikkuntattjajtha tista’ titlef il-kuntatt tiegħek u ma tirrispondikx. Għalhekk, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Lorna fuq

vassallolorna@gmail.com,

www.facebook.com/lejnmaltaaaa (Lorna Vassallo Facebook PAGE)

is-sezzjoni ‘Contact us’ fuq dan is-sit elettroniku jew

79443906 BISS

Tikkuntattjahiex b’mezzi oħra.  Jekk issib lil Lorna fuq mezzi soċjali oħra, iċċekkja meta kienet l-aħħar darba li użathom, jekk hu possibbli, billi huwa biss b’hekk li tinduna li jekk tiktbilha hemmhekk il-messaġġ tiegħek jistax idum ma jiġi moqri l-ġranet jew ġimgħat wara!

Veru li jekk nagħmel ‘like’ fuq il-Paġna ta’ Lorna Vassallo nista’ nirbaħ vawċer ta’ €20?

Iva. Matul l-attivitajiet kollha ta’ nofsinhar jew ta’ filgħaxija, Lorna Vassallo ttella’ numru u jekk il-persuna li titla’ tkun għamlet ‘like’ fuq il-Paġna ta’ Facebook ta’ Lorna Vassallo (anke jekk tkun għamlet ‘like’ dak il-ħin jew wara li jitlagħlha l-biljett), j/tirbaħ vawċer ta’ €20 f’restorant, għand salon tax-xagħar jew tas-sbuħija skont x’ikun il-premju dakinhar.

Għaliex Lorna Vassallo għandha sit elettroniku u Paġna fuq Facebook? Dan x’għandu x’jaqsam mal-messaġġi li nibgħatilha?

Il-bżonn li minbarra Paġna ta’ Facebook ikun jeżisti wkoll Sit Elettroniku ġie minħabba l-fatt li Facebook jinbidel il-ħin kollu.  Kull darba li tittella’ post, posts ta’ qabilha jogħdsu ’l isfel. Għalhekk, post li tkun ittellgħet fl-istess ġurnata tista’ tintilef wara sagħtejn jew tlieta.  Sit elettroniku huwa differenti. Fuq sit elettroniku dak kollu li huwa importanti jibqa’ jidher il-ħin kollu u l-affarijiet ma jidhrux skont il-ħin li fihom jittellgħu onlajn, imma skont kif ikunu mqassma f’sezzjonijiet.  Sfortunatament, dan jiġri wkoll bil-messaġġi li jintbagħtu. Messaġġ li jintbagħat fl-istess ġurnata qabel ma Lorna tiċċekkjahom jista’ jiġi mbuttat ’l isfel minn ammont ta’ messaġġi li Lorna tkun irċeviet fi żmien ftit sigħat biss.  Għalhekk, il-bżonn li jkun hemm sit elettroniku, fejn, nisperaw, li inqas nies jibagħtu imejls fl-istess ħin.

Is-sit elettroniku u l-Paġna fuq Facebook ta’ Lorna Vassallo għandhom l-istess kontenut?

Le.  Il-Paġna ta’ Facebook fiha aktar il-ħajja ta’ kuljum ta’ Lorna Vassallo u ħafna iktar ritratti.  Is-sit elettroniku jagħżel dejjem dak li hu l-aktar importanti. Però, ikun hemm għadd ta’ affarijiet komuni wkoll.  Pereżempju, rigward attivitajiet dawn jiġu mħabbra fuq iż-żewġ mezzi. Minkejja dan, għalkemm is-sit elettroniku jkun fih l-informazzjoni dwarha, forsi l-Paġna ta’ Facebook ikun fiha wkoll informazzjoni siegħa b’siegħa, eż.  minn liema lokalitajiet hemm diġà trasport jew jekk sarx xi tibdil żgħir fl-aħħar jiem. Għalhekk, biex tkun verament aġġornat l-aħjar tikkonsulta t-tnejn.

Jekk ikolli nagħżel kif l-aħjar nikkuntattja lil Lorna Vassallo x’inhuma l-aktar modi effettivi?

L-aħjar metodi huma l-imejl jew il-Paġna ta’ Facebook.  F’ordni ta’ preferenza għalhekk, kif intqal hawn fuq:

  1. vassallolorna@gmail.com (l-aħjar mod li tikkkuntattjaha)
  2. is-sezzjoni ‘Contact us’ fuq dan is-sit elettroniku jew
  3. www.facebook.com/lejnmaltaaaa (Lorna Vassallo Facebook PAGE)
  4. 79443906 – messaġġ miktub
  5. 79443906 – telefonata (l-agħar mod kif tikkuntattjaha)

Lorna Vassallo tkun f’diversi postijiet fejn ma tkunx tista’ tirrispondi telefonati: konferenzi, laqgħat politiċi, laqgħat tax-xogħol u televiżjoni jew radju fost oħrajn.  Barraminhekk, ġieli ma tkunx tista’ tirrispondi telefonati għaliex tkun imdawra bin-nies. Dak li hu miktub huwa ferm iktar faċli ssibu, tarah u ġieli anke tirrispondih fl-iqsar żmien possibbli.

Ftakar ukoll li jekk inti wżajt l-irħas mezz biex tikkuntattja lil Lorna Vassallo eż. Facebook, kulħadd jagħmel l-istess.  Anke min ma jridx jikkuntattja lil Lorna dwar problema. Għalhekk, xi kultant sms jista’ jiswa ħafna iktar minn messaġġ fuq  Facebook billi awtomatikament Lorna tirċievi inqas smss milli messaġġi fuq Facebook. Jiġifieri jista’ jkun li l-ordni t’hawn fuq tinqaleb ftit jekk rajt li Lorna ma weġbitx il-messaġġ tiegħek fuq Facebook.

How do I find Lorna Vassallo on Facebook?

Lorna Vassallo has 2 Facebook Profiles (Lorna Vassallo & Lorna Vassallo II) and 1 Facebook Page (Lorna Vassallo Page – https://www.facebook.com/lejnmaltaaaa/).

A facebook profile has friends.  A facebook page has likes.  That is how you can view their contents and get updates from them.

A profile has a limit of 5,000 friends and both Lorna Vassallo’s profiles already have 5,000 friends.  Sometimes one of these profiles has less because some people would have ‘unfriended’ Lorna but they will never be much less than 5,000.  Therefore, Lorna usually cannot accept you as a friend on her profiles.

You can still see Lorna Vassallo’s posts by clicking on ‘Like’ on Lorna Vassallo’s Page (https://www.facebook.com/lejnmaltaaaa/).  A page has no limits of ‘likes’.  In fact Lorna Vassallo Page already has around 10,400 likes.

So, if Lorna Vassallo does not use her profiles much, why doesn’t she close them down?

Profile 1 is a must.  You cannot have a page without having at least 1 profile.  Profile 2 was going to be closed down.  However, Lorna knows that most of her friends on the profiles are not the same people that have liked her page.  So by deleting Profile II she would be unfriending more than two thousand people.  Until these people like her page, most probably she won’t delete the profile.

On the other hand, a few people are happy to unfriend themselves (especially when they discover Lorna Vassallo Page has the same content and more and start receiving the same post twice).  This way, room for new friends is created.  However, Profile 2 is officially not in use anymore.

What happens if you are Lorna’s friend on more than one profile and perhaps on a profile and her page?

Most probably you will receive the same post more than once!  Apart from that, Lorna Vassallo and her team check that there are no common friends between Lorna Vassallo (first profile) and Lorna Vassallo II.  So you will be unfriended from one of the profiles by our team to make space for other people.  Don’t feel offended.  If you are unfriended it means you are friends on another profile!  After all, you would be missing nothing as none of the profiles has anything different from the page.  You are however, definitely missing something if you haven’t liked the Page, as the profiles don’t have most of the posts the Page has.  However, if you are a friend on one of the profiles and like the page at the same time, you will be accepted on both.  Obviously, you should only like Lorna Vassallo Page – (https://www.facebook.com/lejnmaltaaaa/), full-stop.  By being a friend on more than one profile you will be gaining nothing but you may block others from getting to know Lorna Vassallo like you.

I am also a friend of Lorna on one of her profiles. Do I need to like her Page?

Yes.  Because Lorna Vassallo does not post all her posts on the profile.  You are not seeing all the posts.  Worse than that, if you send messages to Lorna Vassallo on her profile she might not even see them. For example, sometimes Facebook itself denies access to Lorna to Profile II.

Which are the profiles and which is the PAGE?

In Profile No. 1 Lorna Vassallo is wearing brown and the cover photo is the Dwejra Azure Window.  In Profile 2 Lorna Vassallo is wearing a dress with black straps and the background is the sea.  The cover photo shows Lorna Vassallo with the Prime Minister.

But in Lorna Vassallo Page (the most important) Lorna Vassallo’s small photo has a red background and she is also wearing red.  The cover photo shows Lorna with Prime Minister Muscat as well. If you are seeing the Facebook Page on a computer screen, then the like button is the first one on the left, just below the cover photo (where Lorna is shown with Joseph Muscat).  If you are seeing the Page on a mobile phone, underneath the cover photo on the right, there is Lorna Vassallo’s small photo with the red background, Lorna Vassallo, Politician written in the middle and on the right there is the ‘like’ symbol.  This is the ‘like’ symbol you have to click to be able to have updates of Lorna Vassallo’s posts.  You can also message Lorna from the ‘Send message’ bar underneath.

Profile Photo 1 Profile Photo 2 Lorna Vassallo Page Photo

Does the Page have the same contents as the Profiles?

Lorna Vassallo does NOT use Lorna Vassallo II.  Sometimes posts related to activities are posted but Lorna Vassallo does NOT check messages on this profile regularly.

But she has to use Lorna Vassallo (Profile 1).  For security reasons, e.g. cybercrime, one cannot have a Page without having at least one profile.

All posts are posted on Lorna Vassallo PAGE only (https://www.facebook.com/lejnmaltaaaa/). However, sometimes Lorna Vassallo or her team, cannot post directly to the page. So they have to post to the profile first, then to the Page. That is why there are also some posts on the profile.

This means that the Page has many more posts than Profile 1.  On the other hand, the posts on Profile 2 are rare and most of them are only ‘shared’ by Lorna Vassallo (Profile) or Lorna Vassallo Page.

Therefore, if you are a friend on one of the profiles you are not seeing all Lorna Vassallo’s posts, but just a few of them.

I have never been in touch with Lorna Vassallo on Facebook. Which is the best place to be ‘friends’ with her? In order not to receive Lorna’s posts twice which of the Facebook profiles or page should I leave and which should I unfriend myself from?

The best thing is to be in contact with Lorna Vassallo PAGE only.

How do I find Lorna Vassallo PAGE?

By typing https://www.facebook.com/lejnmaltaaaa/ on Google search.

If you are already on Facebook, go to the Search line (where the magnifying glass icon is) at the top of the screen and type Lorna Vassallo PAGE.  If you do not write Page you won’t find the page.  Make sure you type PAGE not Pace as another person called Lorna Vassallo Pace will be found. Therefore, make sure you don’t leave out PAGE and make sure that Facebook does not change PAGE into Pace.

Does Lorna know all her Facebook friends?

As it is most probably humanly impossible to remember around 15,000 different people (to date), the answer is no.  So please just because you see that someone is Lorna’s friend on Facebook, don’t ask about the person.  In any case, Lorna will never reveal her knowledge about anyone on Facebook especially because of her professional and political responsibility.  However, yes, Lorna remembers people who say ‘good morning’ and ‘hello’ every now and then and appreciates all their comments.   She holds all those who take the extra step to send messages, like posts and especially those who share posts.  These people encourage her a lot and she won’t forget them.  She has made real friends through Facebook, especially those who she got to know in life, later on, because they attend her activities.  As a politician Lorna loves meeting people as much as solving problem and just because she is human she enjoys appreciation more than indifference.

Does Lorna Vassallo see my message herself?

Yes.  And she replies herself.

Where should I send messages to Lorna? On the profiles or on the Page?

Definitely on the Page.  Lorna Vassallo is logged in Lorna Vassallo Page all the time.  However, she is not always logged in Profile 1 or 2 all the time.  She has to log out of one profile to access the other.  This means that sometimes she is not seeing the messages you send her on a profile for 1 or 2 hours! When it comes to Profile II sometimes Facebook itself does not let Lorna Vassallo access her own Profile II.   So, please note that, if you send her a message on Lorna Vassallo it might take even more time.  Therefore, if you want your messages to get to Lorna Vassallo in a short time write messages to Lorna Vassallo PAGE only and she will take care of your difficulty as soon as possible.

I sent a message to Lorna on Facebook 2 days ago, and she hasn’t replied yet. What could have happened?

Lorna Vassallo replies to all the messages she receives.  However, please understand that she receives hundreds of messages everyday.   Some just say good morning, other say hello.  Others have real life stories written on them that prompt Lorna to try to solve difficult problems that require phone calls  and a chain of emails and letters to Ministries etc.

However, even if a message is just a thumbs up it is pushing other messages to the bottom. So, please send your message again or else write an email to vassallolorna@gmail.com as Lorna is on her computer most of the time of the day, or by any other means indicated on this website.

Is Lorna present on other types of Social Media?

Lorna probably receives hundreds of messages everyday on Facebook.  She believes she should see all the messages herself and reply to them herself. She believes that the more places where people can contact her, the more difficult it will be for her to read their messages and reply to them.  Lorna already receives messages (sometimes genuine pleas for help) via in person meetings, phone calls, smss, at least two emails, two facebook profiles, one facebook page, this website and other means. This means that if she doesn’t remember how you contacted her, she might lose your contact and never reply to you. So, please, contact Lorna on

vassallolorna@gmail.com,

www.facebook.com/lejnmaltaaaa (Lorna Vassallo Facebook PAGE)

the Contact us section on this website or

79443906 (sms or phone call) only

Don’t contact Lorna by any other means.  If you find Lorna on any other social media, please check when was the last time she used those means, if possible, as it is only in that way that you will know that if you post there your message might take days or weeks to be read!

Is it true that if you ‘like’ Lorna Vassallo PAGE on Facebook you can win a €20 voucher?

Yes.  At every Lunch/Dinner Lorna organises she draws a number and if the person walks up with a ‘like’ on Lorna Vassallo PAGE (even if he likes the page there and then or after being called) s/he will win a €20 at a restaurant, hairdresser’s or beauty salon depending on what prize there would be on offer on that day.

Why does Lorna Vassallo have both a website and a Page? How does this affect my messages?

The need for a website apart from a page arose because of the fact that Facebook is a moving thing.  Every time a post is posted, former posts are pushed downwards.  Therefore, a same day post can end up lost within less than 2 or 3 hours.  A website is different. On a website whatever is most important is always accessible, not according to the time it is posted, but according to sections.  Unfortunately, this also applies to messages.  A message which is posted to Lorna on the same day that she checks her messages might be pushed down by an amount of messages Lorna Vassallo received within only a few hours.  Hence, the need to have a website, where, hopefully, less people send emails at the same time.

Do the website and Lorna Vassallo Page have the same content?

No.  The Facebook Page has more of Lorna Vassallo’s daily life and many more photos.  The website is more selective and contains what is most important.  However, there are also a number of common things.  For example, regarding activities, they will be announced on both means.  Notwithstanding, although the website would have information about it, the Facebook Page might have new information on an hourly basis, e.g. from which localities transport is already available or if any minor  changes have been made in the last few days before the activity.  Therefore, if you want to be informed to the last minute, better consult both the website and the Facebook Page.

If I have to choose how to contact Lorna Vassallo best which are the most effective ways?

The best ways are by email or the Facebook Page.  In order of preference, therefore, as has been said above:

  1. vassallolorna@gmail.com (best way to contact her)
  2. ‘Contact us’ section on this website
  3. facebook.com/lejnmaltaaaa (Lorna Vassallo Facebook PAGE)
  4. 79443906 – sms – written
  5. 79443906 – telephone call (worst way to contact her)

Lorna is often in places where she cannot answer phone calls: conferences, political meetings, work meetings and television or radio programmes, amongst others. Apart from that, she sometimes cannot reply because she would be in the presence of many other people.  Whatever is written is easier for her to find, to see and possibly to reply to in the shortest time possible.

You should also keep in mind, however, that if you have used the cheapest way to contact her, e.g. Facebook, everybody does the same.  Even those who do not need to contact her regarding problems.  Therefore, sometimes an sms is worth much more than a Facebook message as automatically, Lorna receives less smss than Facebook messages.  This means, that the order above could be worth changing a bit, if you see that Lorna hasn’t replied to your Facebook message.