Legal & Other Advice

Bħala kandidat tal-Parlament Ewropew, Lorna Vassallo qiegħda hemm sabiex tagħti pariri legali u oħrajn lill-kostitwenti tagħha (li jinkludu Malta u Għawdex kollha) sabiex ittejbilhom ħajjithom.  Jekk ma tgħinekx personalment, hija tkun tista’ tindikalek liema huma dawk in-nies li jistgħu jgħinuk l-aħjar fl-istruttura tal-gvern bid-diffikultajiet u ilmenti tiegħek, sabiex kemm jista’ jkun tinstab soluzzjoni.  Billi Lorna Vassallo taħdem fulltajm mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, ma taħdimx fil-Qrati Maltin għalkemm tista’ tgħinek fil-preparazzjoni tad-dokumenti u pariri.

Lorna Vassallo m’għandhiex ħinijiet tal-uffiċċju fissi u tiltaqa’ man-nies bl-appuntament biss. Ikkuntattja lil Lorna u t-tim tagħha fuq www.facebook.com/lejnmaltaaaa (Lorna Vassallo Page), ċempel jew ibgħat sms 79443906 jew imejl  vassallolorna@gmail.com jew billi tuża s-sezzjoni ta’ kuntatt f’dan is-sit elettroniku, sabiex tagħti informazzjoni dwar id-diffikultà tiegħek u/jew tagħmel appuntament.  L-appuntamenti ma’ Lorna normalment isiru l-Belt Valletta matul il-ġimgħa.   Mhux l-ewwel darba li telefonata tkun biżżejjed biex issolvi ċerti problemi.  Preferribilment, il-persuna tikteb imejl lil vassallolorna@gmail.com billi b’hekk is-suġġeriment jew l-ilment tiegħek ikun jiġi indirizzat fl-iqsar żmien.  Meta jinkitbu imejls importanti li l-persuna tinkludi:

  • Isem u Kunjom
  • Numru tat-telefown u mowbajl
  • Numru tal-Karta tal-Identità
  • Indirizz

Importanti wkoll li fejn jidħlu applikazzjonijiet/karti relatati mal-Awtorità tad-Djar, Awtorità tal-Ippjanar, Identity Malta, Awtorità tal-Artijiet, Uffiċċju Konġunt, ARMS Ltd. jiġi pprovdut in-Nru. tal-Fajl/Kont rispettiv.  Fejn għandhom x’jaqsmu appuntamenti l-isptar, jekk jogħġbok ikkwota l-isem tal-Professur.

 

As a candidate for the European Parliament, Lorna Vassallo is there to give free legal and other advice to her constituents (which includes all areas of Malta and Gozo) to make their lives better.  If she cannot help you herself, she will channel you to the right people you within the government structure who can help with your difficulties and complaints.  Since Lorna Vassallo is employed full-time with the Ministry for Foreign Affairs and Trade Promotion she cannot defend you at the Courts of Justice.  However she can give you free advice and help you preparing the paperwork.

Lorna Vassallo has no fixed office hours and meets people only by appointment.  Please contact Lorna and her  team on www.facebook.com/lejnmaltaaaa (Lorna Vassallo Page), phone/sms 79443906 or email  vassallolorna@gmail.com or by using the ‘Contact us’ section on this website, to explain your case and/or fix an appointment.  Lorna’s appointments are usually held in Valletta on weekdays.  Sometimes, a telephone call is enough to solve a problem.  Preferably, a person writes an email to vassallolorna@gmail.com as it is only in this way that your suggestion/complaint is attended to at the earliest time possible.  Whenever emails are written make sure that the following are included:

  • Name and surname
  • Telephone/Mobile No.
  • ID Card No.
  • Postal Address

 

It is very important that where Housing Authority, Planning Authority, Identity Malta, Lands’ Authority, Joint Office, ARMS Ltd. applications/papers are concerned the File/Account No. is also quoted.  With regard to hospital appointments please quote Professor’s name.

Letters

Fejn l-ittra tkun trid tinkiteb minn Lorna Vassallo u t-tim tagħha, il-proċess ikun ferm itwal.  Dak kollu li ntqal hawn fuq jibqa’ japplika.

Whenever a person does not provide an email the process is longer as Lorna and her team have to write down the letter for you.   All that is said above regarding Legal and other Advice applies here.

PQs

Rarament, ir-risposta tad-diffikultà tiegħek tirrikjedi li ssir Mistoqsija Parlamentari billi tolqot iktar nies.  Lorna Vassallo issottomettiet diversi Mistoqsijiet Parlamentari f’isem ħaddieħor fil-passat li wasslu għal risposti ferm informattivi u sodisfaċenti apparti l-fatt illi jiġbdu l-attenzjoni tal-gvern għall-bżonnijiet li toħloq kwistjoni partikulari. Il-proċess sabiex tinkiseb risposta għal Mistoqsija Parlamentari jista’ jieħu x-xhur.

Occasionally the answer to your difficulty requires the submission of a Parliamentary Question as it is of a wider concern.  Lorna Vassallo has submitted a number of parliamentary questions on behalf of other people in the past which have provided informative and satisfactory replies apart from drawing the government’s attention to the need to address a certain issue.  The process of acquiring a reply to a PQ sometimes takes months.

Newspaper articles and Facebook Posts

Mod ieħor kif Lorna Vassallo tista’ tmexxi ’l quddiem il-kawża tiegħek jew tindirizza l-problema li qed taffettwak hija billi tinkludiha fil-kolonna tagħha ta’ kull ġimgħa f’‘L-Orizzont’.  Diversi artikli li kitbet irriżultaw minn laqgħat mal-kostitwenti li kellhom punti verament validi u ssostanzjati mill-evidenza.  Wieħed minn dawn l-artikli kien propju dwar ir-rifletturi uniċi tal-Fanal tal-Ġordan, l-Għasri, Għawdex, li huwa wieħed mill-aħħar mill-fanali tat-tip tiegħu fid-dinja u li issa ġie restawrat mill-gvern preżenti.  L-isem ta’ min issuġġerixxa u kiseb l-informazzjoni dwar l-artiklu qatt ma jissemma’ sakemm ma tkunx ix-xewqa tiegħu li jissemma’. L-artikli ta’ Lorna Vassallo jidhru wkoll fuq dan is-sit elettroniku fis-sezzjoni Artikli.

Lorna Vassallo tista’ wkoll tgħinek billi tippreżenta l-problema tiegħek  fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha (www.facebook.com/lejnmaltaaaa) li tiġi segwita minn madwar għaxart elef u tliet mitt persuna Maltija jew li toqgħod Malta (10,300+) kif ukoll fuq il-profili tal-Facebook tagħha li jattiraw iktar minn ħamest elef persuna kull wieħed.  Meta wieħed jikkunsidra illi ċ-ċirkolazzjoni ta’ ħafna mill-gazzetti Maltin ta’ kuljum hija ta’ tlieta u għoxrin (23,000), iktar minn għaxart elef ruħ hija udjenza  sostanzjali.   Fl-2017, wara post dettaljata ta’ Lorna Vassallo fuq il-Paġna u l-profil/i tagħha fuq Facebook, dwar is-sigurtà u l-istat tal-mini ta’ ħdejn l-Università ta’ Malta, il-Ministru Ian Borġ ġentilment bagħat lill-ħaddiema tiegħu sabiex inaddfu l-mini kollha u jiċċekkjaw s-sigurtà tal-post.  Il-vantaġġi ta’ Facebook Post fuq gazzetta huwa l-fatt li nies oħra jistgħu jikkummentaw fuq u jappoġġjaw il-proposta tiegħek.  Dan, apparti l-fatt li Post tista’ tiġi ppubblikata f’iqsar żmien u b’hekk anke r-rispons jista’ jkun iktar immedjat mhux biss mill-pubbliku iżda wkoll mill-Awtoritajiet.  Facebook Posts bħal dawn ikunu wkoll disponibbli fuq dan is-sit elettroniku sabiex tkun garantita l-usa’ pubbliċità tagħhom.

Another way of promoting your cause or addressing your problem is for Lorna to include it in her weekly column on ‘L-Orizzont’.  Various articles have resulted from encounters with constituents who put forward very valid points supported by evidence.  One of such articles was that about the unique reflectors of the Victorian Għasri (Gozo) Lighthouse, ‘It-Torri tal-Ġordan’, which is one of the last of its kind in the world and which has now finally been restored by the Government.  The name of the person doing the suggestion and providing the information is never revealed unless it is his/her wish to be mentioned in the article.  All of Lorna’s articles are available on this website in the Articles Section.

Lorna Vassallo can also help you by publishing your problem on her Facebook Page (www.facebook.com/lejnmaltaaaa) which is liked by more than ten thousand and three hundred (10,300+) Maltese people or people living in Malta to date.  Considering that the circulation of most of the Maltese daily newspapers is twenty three thousand (23,000), more than 10,000 people is a substantial audience.  In 2017 all the subway area near the University of Malta was kindly cleaned and all its safety features checked by Minister Ian Borġ after a detailed facebook Post posted by Lorna on Lorna Vassallo Page and her profile/s.   The advantages of a Facebook post over a newspaper article are the fact that other people can give their immediate feedback to the subject proposed by you and support it. This, apart from the fact that it can be published in no time at all, guaranteeing more immediate feedback in real time not only by the public but also by the Authorities.   This type of Facebook post will also be available on this website for maximum exposure.

Others

Hemm diversi modi oħra kif wieħed iwassal il-messaġġ tiegħu.  Fil-passat Lorna Vassallo organizzat protesta (kontra l-bini ta’ pompa tal-petrol ġewwa l-Mellieħa), appoġġjat u għadha tappoġġja  avvenimenti/protesti organizzati minn ħaddieħor (speċjalment fejn għandu x’jaqsam il-ġbir ta’ fondi għall-missjoni) kif ukoll organizzat residenti sabiex jissottomettu ilment jew jiftħu kawża bejniethom hekk kif jirrikjedu ċ-ċirkustanzi.  Kull proposta tiġi meħuda każ b’każ u wara Lorna u t-tim tagħha jiddeċiedu l-aħjar mod kif tista’ titmexxa ’l quddiem għall-aħjar benefiċċju tiegħek.

 

There are other ways and means of driving a message home. In the past Lorna Vassallo organised a protest (against the building of a petrol station in Mellieħa), supported and still supports events/protests organised by other organisations (especially where fund-raising for missionary work is concerned) as well as organized residents to file a common complaint or court case where the need arose.  All proposals will be taken on a case by case basis and the best way to push your cause forward will be decided by Lorna and her team for your maximum benefit.